У нас вы можете посмотреть бесплатно 20260301KND или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
MAGNIFICAT Festival tal-Korijiet fl-okkażjoni tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja Belt ta’ Ħaż-Żabbar Taħt il-Patroċinju tal-E.T. Mons Joe Alessandro OFM. Cap Isqof Emeritus ta’ Garissa, il-Kenja Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 2026 Il-Kor Parrokkjali Notre Dame mill-Parroċċa tal-Madonn tal-Grazzja – Ħaż-Żabbar Il-Kor Parrokkjali Notre Dame ta’ Ħaż-Żabbar twaqqaf fl-1982 mir-Rev Joseph Ellul. Fl-ewwel snin tiegħu, il-Kor kien magħmul. Esklussivament minn abbatiini. Madankollu, ftit wara ttieħdet id-deċiżjoni li s-sħubija tinfetaħ għal kulħadd, b’rispons għall-ħtiġijiet pastorali tal-parroċċa. Fl-1987, id-direzzjoni tal-Kor ġiet fdata lill-Mro Clifford F. Cauchi. Taħt it-tmexxija tiegħu, dan il-grupp korali kompla jikber kemm mużikalment kif ukoll astoralment. Fl-1995, il-Kor ġie uffiċjalment fdat bl-irwol ta’ Cappella Parrokkjali, u minn dak iż-żmien assuma r-responsabbiltà għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi prinċipali tal-parroċċa, inkluż il-festa annwali tal-Madonna tal-Grazzja. Wara 27 sena ta’ seevizz dedikat, Mro Clifford F. Cauchi għadda d-direzzjoni fl-2004 lis-Sur Ccharles Vincenti, li mexxa l-Kor għal erba’ snin. F’Jannar tal-2012, it-tmexxija ġiet fdata lis-surmast direttur preżenti, is-Sa Tracy Galea Tabone. Tul dawn is-36 sena, il-Kor anima bosta ċelebrazzjonijiet reliġjużi mhux biss f’betl twelidu, Ħaż-Żabbar, iżda wkoll f’diversi knejjes parrokkjali madwar Malta. Ħa sehem ukoll f’diversi kunċerti ta’ natura filantropika, fosthom Connections b’risq il-Josè Depiro Philippines Children Fund, li sar f’Diċembru tal-2015. Għal dawn lħħar sitt snin, il-Kor ipparteċipa wkoll fil-Malta International Christmas Choir Festival organizzat mir-Reġjun Tramuntana. Fi Frar tal-2023, il-Kor iċċelebra l-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’kunċert kommemorattiv li sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2025, il-Kor ħa sehem għall-ewwel darbafin-Notte Bianca u tela’ l-Vatikan għallĠublew tal-Korijeit, fejn għamel żewġ kunċerti; ġewwa l-Chiesa della Santissima Triinità dei Pellegrini u fil-Parroċċa Santi Protomarti Romani. Il-Kor huwa magħruf b’mod partikolari għall-preżentazzjoni ta’ żewġ Oratorji ewlenin. L-ewwel wieħed, “Sul;tana ta’ Ġensna”, ġie esegwit fl-2001 fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja. Il-versi nkitbu minn eks membru tal-Kor, is-Sur Charles Mifsud. It-tieni Oratorju, “Il-Qaddisa tas-Salib”, ġie ppreżentat fl-2012 fil-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara, fl-okkażjoni tal-175 anniversarju mit-tlestija tal-istatwa ta’ Santa Liena, b’versi tas-Sa Therese Pace. Ż-żewġ Oratorji ġew komposti minn Mro Clifford F. Cauchi. IL-PROGRAMM INNU POPOLARI LIL SIDTNA MARIJATAL-GRAZZJA INKURUNATA Kliem: Karmenu Ellul Galea Mużika: Lorenzo Galea SALVE REGINA Mużika: Jacques Louis Battman HAWN QUDDIEMEK Kliem: Karmenu Ellul Galea Mużika: Clifford Cauchi AVE MARIA Giulio Caccini / Vladimir Vavilov PIETÀ SIGNORE Antonio Stradella INNU LILL-MADONNA TAL-GRAZZJI Kliem: Carmel Charles Casha Mużika Tracy Galea Tabone CORO DI CROCIATI E PELLEGRINI I LOMBARDI ALLA PRIMA CROCIATA Giuseppe Verdi Akkumpanjat fuq l-orgni mis-Sa Annalise Xuereb Taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur, is-Sa Tracy Galea Tabone