У нас вы можете посмотреть бесплатно 20260301KTP или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
MAGNIFICAT Festival tal-Korijiet fl-okkażjoni tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja Belt ta’ Ħaż-Żabbar Taħt il-Patroċinju tal-E.T. Mons Joe Alessandro OFM. Cap Isqof Emeritus ta’ Garissa, il-Kenja Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 2026 Daħla għall-Programm Il-Kor Tota Pulchra Mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni - Bormla Il-Kor Tota Pulchra twaqqaf fis-sena 1966. Il-fundatur tal-Kor kien il-Kan. Victor Cilia, saċerdot żgħażugħ u ħabrieki, flimkien mas-Sur Joe Flask, li kien l-ewwel surmast. Dak li nżera’ f’dawk iż-żminijiet għadu jħalli l-frott sal-ġurnata tal-llum. Is-sehem tal-Kor Tota Pulchra fil-Parroċċa ta’ Bormla huwa xi ħaġa ħajja u reali tul is-sena kollha, u mhux fil-festi biss. Il-Kor jiltaqa’ darbtejn fil-ġimgħa għall-provi, u jservi wkoll fil-Quddiesa ta’ kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, fil-funerali, kif ukoll f’kull okkażjoni oħra li jkun hemm bżonn. Meta l-Kor iċċelebra t-30 sena u l-50 sena mit-twaqqif tiegħu, tella’ Oratorju bl-isem “Tota Pulchra”; kitba tal-awtur, is-Sur Sunny Aquilina u mużika ta’ Mro Michael Camilleri. Il-Kor jagħti s-servizz tiegħu anki barra minn Bormla u fil-fatt kanta f’diversi festi, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. F’Malta, fost oħrajn, kanta fil-Konkattidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u fil-Kattidral tal-Imdina, filwaqt li f’Għawdex ħa sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju tad-Domma tal-Assunta fil-Kattidral, fl-anniversarji tal-25 u 50 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Bambina fix-Xagħra. Il-Kor ħa sehem darbtejn fin-Notte Bianca fis-sena 2023 u 20225. Din is-sena nfakkru s-60 sena mit-twaqqif tal-Kor Tota Pulchra. Tul dawn is-snin il-Kor kellu diversi surmastrijiet, fosthom is-Sur Joe Flask, is-Sur Horatio Cachia, is-Sur Michael Camilleri u s-Sur Walter Tonna, li ilu jiddereġi l-Kor mis-sena 1978 (fil-bidu tal-pontifikat tal-Papa Ġwanni Pawlu II). IL-PROGRAMM UBI CARITAS Taizè MAGNIFICAT Taizè TOTA PULCHRA ES Mużika: Dr Clayton Sylvio INNU TAL-INKURUNAZZJONI Kliem: Sunny Aquilina Mużika: Ray Sciberras INNNU TAL-KOR TOTA PULCHRA Kliem: Sunny Aquilina Mużika: Michael Camilleri Akkumpanjat fuq l-orgni mis-Sa Lucienne Xuereb Taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur, is-Sur Walter Tonna