У нас вы можете посмотреть бесплатно 20260228SANGIL или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
MAGNIFICAT Festival tal-Korijiet fl-okkażjoni tal-75 Sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja Belt ta’ Ħaż-Żabbar Taħt il-Patroċinju tal-E.T. Mons Joe Alessandro OFM. Cap Isqof Emeritus ta’ Garissa, il-Kenja Is-Sibt 28 ta’ Frar 2026 Is-St Julian’s Choral Group Mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan – San Ġiljan Is-St Julian’s Choral Group huwa ffukat fuq il-promozzjoni tal-mużika sagra korali, il-priservazzjoni tal-wirt mużikali Malti, u t-tisħiħ taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi – permezz ta’ eċċellenza artistika, devozzjoni u spirtu komunitarju. Imwaqqaf f’Marzu tal-2003 minn ekx membri tal-Kor ta’ San Ġiljan, u fuq inizjattiva tal-korista veteran, is-Sur Ronnie Galea, l-ensemble jfittex li jippriserva t-tradizzjoni korali twila fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Wara snin ta’ servizz taħt diversi diretturi, fosthom is-Sur Joseph Gatt u s-Sur Pio Dalli, il-Kor daħal f’fażi ġdida ta’ tiġdid artistiku fi Frar tal-2024 bil-ħatra tas-Sur Brandon Attard, bħala Surmast Direttur. Is-Sur Attard, eks korista u organista tal-istess Kor, mexxa lil dan il-Grupp Korali lejn livell ogħla ta’ raffinament mużikali, koeżjoni vokali aħjar u repertorju aktar espressiv u impenjattiv, sabiex b’hekk dan il-Kor seta’ jsaħħaħ l-identità artistika tiegħu. Is-St Julan’s Choral Group ikkollabora ma’ diversi organisti distinti u bħalissa huwa akkumpanjat mill-organista eċċellenti, is-Sur Chris Muhama. Permezz tal-mużikalità tiegħu, l-ensemble kompla jtejjeb kemm il-prestazzjonijiet liturġiċi tiegħu, kf ukoll dawk kunċertistiċi. Il-Kor jagħti s-servizz tiegħu regolarment fi knejjes u swali oħra madwar Malta, u rrappreżenta wkoll lill-pajjiżna barra minn Malta, b’kunċerti fl-Italja, Sqallija u r-Renju Unit. Dan hu xhieda tal-impenn kontinwu tas-St Julian’s Choir Group għall-promozzjoni tal-mużika sagra u l-wirt kulturali Malti. IL-PROGRAMM AND THE MOTHER DID WEEP Karl Jenkins O SACRUM CONVIUM Roberto Remondi O SALUTARIS HOSTIA Dun Ġwann Galea LOOK AT THE WORLD John Rutter Akkumpanjat fuq l-orgni mis-Sur Chris Muhama Taħt it-tmexxxija tas-Surmast Direttur, is-Sur Brandon Attard.