У нас вы можете посмотреть бесплатно Rużarju tad-Dmugħ tal-Verġni Marija или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Sors: https://devozzjonilejnmarija.wordpres... Tibda billi trodd is-Salib u tirreċita l-Missierna u s-Sliema. Talba tal-Bidu: O Ġesu’ Msallab, mixħutin f’riġlejk, noffrulek id-Dmugħ ta’ Ommok, li b’intimita’ u b’imħabba mimlija devozzjoni u simpatija, akkumpanjatek fit-triq doloruża tal-Kalvarju. O Mgħallem twajjeb, għallimna nifhmu d-Dmugħ li Ommok xerrdet, biex b’hekk inkunu nistgħu nwettqu r-rieda tiegħek fuq din l-art u jkun jistħoqqilna li nfaħħruk u nberkuk għal dejjem fis-sema. Ammen. Fuq iż-żibġa l-kbira tgħid għal darba (minflok il-Missierna) O Ġesu’ ħares lejn id-Dmugħ ta’ Ommok li ħabbitek tant fuq l-art, u li qed tħobbok wisq iżjed fis-sema. Fuq iż-żibeġ iż-żgħar tirrepeti għal 7 darbiet (minflok is-Sliema) O Ġesu’ isma’ t-talb tagħna, f’ġieħ id-Dmugħ li xerrdet Ommok l-għażiża. Jikkonsisti f'49 żibġa, maqsum f'7 posti b'7 żibeġ f'kull posta. Fl-aħħar tgħid għal 3 darbiet O Ġesu’ ħares lejn id-Dmugħ ta’ Ommok li ħabbitek tant fuq l-art, u li qed tħobbok wisq iżjed fis-sema. Talba tal-Aħħar O Marija, Omm tal-Imħabba, tad-Duluri u tal-Ħniena, nitolbuk tgħaqqad it-talb tiegħek ma’ tagħna sabiex Ġesu’ Ibnek, li lejh qed nirrikorru, jisma’ t-talb tagħna għall-merti tad-Dmugħ matern tiegħek, jaqlagħalna l-grazzji li qed nitolbu u r-rigal tal-ħajja ta’ dejjem. Ammen. Bid-Dmugħ tiegħek, Omm Addolorata, kisser is-saltna tax-xitan. F’ġieħ it-tjieba Divina tiegħek, O Ġesu’ marbut u umiljat, iddefendi lid-dinja mill-erruri li qed jimminaċċjawha. Ammen. Dan ir-Rużarju u din id-devozzjoni kienu rivelati minn Sidna Ġesu’ Kristu u Ommu l-Verġni Marija lil Swor Amalia Aguirre f’Campinas il-Brażil, f’sensiela ta’ rivelazzjonijiet privati bejn l-1929 u l-1930. L-E.T. Mons Francisco de Campos Barreto – Isqof ta’ Campinas u Fundatur tal-Istitut tal-Missjunarji ta’ Ġesu’ Msallab (li tiegħu Swor Amalia kienet reliġjuża professa), iddikjara li dawn ir-rivelazzjonijiet huma awtentiċi u għandhom oriġini sopranaturali. Fit-8 ta’ Novembru, 1929 Ġesu’ qal dawn il-kelmiet lil Swor Amalia: “Binti, inwiegħed li kull min jitlobni xi ħaġa f’ġieħ id-Dmugħ ta’ Ommi, jien b’imħabba nagħtih li jkun talabni.” Fit-8 ta’ Marzu,1930 il-Madonna qaltilha hekk lil Swor Amalia: “B’dan ir-Rużarju, ix-xitan jiġi mrażżan u l-qawwa tal-infern titkisser.” Qaltilha wkoll: “Dan ir-Rużarju se jservi ta’ għajnuna għall-konverżjoni ta’ bosta midinbin, b’mod partikulari ta’ dawk imġarrbin mix-xitan. Kun preparata għall-battalja qalila.” Fit-8 t’April,1930 il-Madonna reġgħet dehret lil Swor Amalia biex turiha x-xewqa li tagħmel domni ġodda. Fuq wiċċ minnhom wieħed jilmaħ ix-xbieha tal-Madonna żżomm f’idejha l-Kuruna tad-Dmugħ bil-kelmiet madwarha: “Bid-Dmugħ tiegħek, Omm Addolorata, kisser is-saltna tax-xitan.” Fuq wara, ix-xbieha ta’ Kristu marbut u l-kelmiet: “F’ġieħ it-tjieba divina tiegħek, O Ġesu’ marbut u umiljat, iddefendi lid-dinja mill-erruri li qed jimminaċċjawha.” Ġesu’ nnifsu wiegħed lil Swor Amalia, grazzji kbar lil dawk kollha li jxerrdu din id-devozzjoni. Hu qalilha: “Li tkun missjunarju tad-Dmugħ ta’ Ommi, jagħtini konsolazzjoni kbira. Id-dinja għandha bżonn il-Ħniena Divina, u biex tirċeviha ma hemmx iktar prezzjuż mir-rigal tad-Dmugħ ta’ Ommi! Jekk id-dmugħ ta’ omm jistgħu jmissu l-qalb ta’ iben ribelli, kif tista’ Qalbi ma tagħmel xejn quddiem din l-Omm li tant inħobb? Dan it-teżor li jien ħarist għal għoxrin seklu sħaħ, issa jinsab f’idejkom biex issalvaw l-erwieħ minn idejn ix-xitan. Meta r-ruħ ġeneruża tgħid: “O Ġesu’ tiegħi, f’ġieħ id-Dmugħ ta’ Ommok,” Qalbi tinfetaħ minnufih u nferra b’abbundanza l-Ħniena tiegħi fuq dik ir-ruħ. Kull min ixerred din id-devozzjoni, jirċievi fis-sema ferħ kbir u jbierek kull siegħa li fiha xerred dan il-messaġġ meta kien għadu fuq l-art. It-tixrid ta’ din id-devozzjoni huwa ta’ importanza kbira għal Qalbi għax iġġibli miljuni fuq miljuni ta’ erwieħ! Kun appostlu ta’ din id-devozzjoni u agħti ħajtek għaliha. Imberkin dawk li jippriedkaw id-Dmugħ ta’ Marija.”