У нас вы можете посмотреть бесплатно WIRJA MOSTIJA GĦAT-800 SENA TAL-PRESEPJU или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Kif għamel f’dawn l-aħħar 25 sena, il-Grupp Armar Marija Assunta tal-Mosta nieda l-wirja annwali tal-Milied, li din is-sena ngħatat l-isem ta’ ‘It-Tfajjel ta’ Betlehem’. B’differenza mis-snin preċedenti, din is-sena l-wirja qed tfakkar t-800 sena minn meta San Franġisk għamel l-ewwel presepju fi Greccio. ISEM: NICOLE CASSAR FILMATI: BJORN BONELLO Il-Mosta, li hi rinomata mal-poplu fejn tidħol it-tradizzjoni tal-Milied, din is-sena qed jorganizza wirja speċjali fil-maħżen tal-Grupp Armar Marija Assunta. Kif għamel fl-aħħar 25 sena, il-grupp Mosti nieda l-wirja annwali tal-Milied, li din is-sena ngħatat l-isem ta’ ‘It-Tfajjel ta’ Betlehem’. Dan il-presepju kbir, li jsir kull sena mill-membri tal-Grupp, baqa’ l-esebit prinċipali tal-wirja u miegħu ngħaqdu għadd ta’ presepji oħrajn żgħar u medji u anke bambini, pasturi, pitturi u affarijiet relatati maż-żmien tal-Milied. Din il-wirja artistika tikkonsisti primarjament f’diversi xogħlijiet artistiċi li jikkommemoraw il-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesù. Presepju li jispikka l-aktar u laqat l-għajn ta’ kull min attenda hu l-presepju li hu magħmul bi stil tipiku Malti, komplut bil-pasturi u persunaġġi kollha kemm huma Maltin. Waqt li presepju ieħor jieħu forma tas-Siġra tal-Milied, oħrajn huma maħdumin bi stil Napolitan. Wieħed mill-membri tal-Grupp, Justin Aquilina, spjegalna l-proċess ta’ kif jinħadmu wħud mill-presepji li jinsabu esebiti fil-maħżen. JUSTIN AQUILINA GRUPP MARIJA ASSUNTA “Bħala Grupp tal-Marija Assunta din is-sena qed intellgħu l-wirja bl-isem ta’ ‘Tfajjel ta’ Betlehem’ li tikkonsisti minn presepju kbir statiku maħdum mill-membri tal-grupp flimkien ma’ presepji medji oħrajn li ġew esebiti minn presepji ta’ stili differenti, membri tal-grupp, kif wkoll individwi oħrajn.” Din il-wirja ta’ din is-sena ttellgħet bil-għajnuna ta’ diversi membri, sostenituri u artisti li għoġobhom jipparteċipaw. Fil-wirja ta’ din is-sena wieħed jista’ jsib il-presepju li sar minn diversi artisti u presepisti, li tħajru jesebixxu l-arti tagħhom fil-maħżen u li ġew sottomessi wkoll għall-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepju. B’differenza għas-snin preċedenti, din is-sena l-wirja qed tfakkar t-800 sena minn meta San Franġisk għamel l-ewwel prsepju fi Greccio. JUSTIN AQUILINA GRUPP MARIJA ASSUNTA “Din is sena qed nfakkru ukoll il-ħamsa u għoxrin anniversarju minn mindu saret l-ewwel wirja tal-Milied tal-presepju fil-maħżen tal-armar tagħna. Hawn ħafna xogħol lokali ta’ pasturi, presepisti, kollu xogħol lokali. Qed infakkru wkoll it-800 sena wkoll din is-sena mill-ewwel presepju li sar minn San Frangisk fi Greccio, b’hekk l-isem tal-wirja tajnieha l-isem ta’ ‘Tfajjel ta’ Betlehem’, peress li San Franġisk dejjem sejjaħ lil Ġesù bħala t-tfajjel ta’ Betlehem.” Din il-wirja tal-Milied se tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sal-festa tal-Epifanija, biex dawk kollha li huma interessati jkollhom ċans akbar li jattendu. JUSTIN AQUILINA GRUPP MARIJA ASSUNTA “Wieħed mill-għanijiet tal-Grupp Marija Assunta b’dan il-għan intellgħu l-wirja tal-Milied biex inkomplu nsaħħu t-tradizzjoni u l-kultura tal-persepji f’pajjiżna u l-presepju Malti għax fil-Milied mingħajr presepju jew Ġesù Bambin mhux Milied għalija personali”.