У нас вы можете посмотреть бесплатно PRESEPJU UNIKU AMBJENTAT FIL-MARSA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Presepju oriġinali li jittratta binjiet fil-Marsa, b’pasturi maħdumin ukoll fuq personaġġi u nies mill-Marsa stess. Dan b’xena ta’ nattivita li fiha tiweled il-Bambin b’pasturi li jqarrbu lejn id-dixendenza Maltija. KITBA: FRANCESCO BORG FILMATI: ALEX BORG Il-Mudell tal-Knisja ta’ Ċelju. L-għar tal-Madonna tal-Marsa li jinsab fi Triq Diċembru 13. U San Ġorġ Preca, il-fundatur tal-Musuem. Dawn kollha l-elementi kollha Marsin flimkien ma’ ħafna iktar jinsabu f’presepju oriġinali li jittratta binjiet fil-Marsa, b’pasturi maħdumin ukoll fuq personaġġi u nies mill-Marsa stess. Fost il-binjiet prinċipali, il-presepju huwa imżejjen bl-imħażen tal-inbid li jinsabu fi Triq l-Għassara tal-Għeneb. Huwa mogħni wkoll b’forn u ħanut tal-ħobż li jinsab f’inħawi oħrajn tal-Marsa, proprju fi Triq Isourd, fejn saħansitra fuq il-bejt tiegħu hemm ukoll gallinar u barumbara tal-ħamiem. Insibu wkoll it-Tinda tal-Patata li tinsab ix-xatt, waqt li hu nkluż ukoll bar, armat eżatt kif kien ikun ħanut tax-xorb dari. Fil-presepju hemm ukoll dar tradizzjonali Maltija, bil-karatteristika tal-ġebla maltija, bil-gallarija tradizzjoni u b’Ġesu bambin fil-maxtura fin-nofs ta’ din il-ġallarija. Dwar din l-idea, tkellimna mal-presipist Alan Briffa, li bħalissa għandu wirja ta’ presepji fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Marsa. ALAN BRIFFA PRESEPIST “Presepju li ħadli sena u nofs xogħol fih ħafna nies Maltin għamilnihom skont il-karattri li talbuna, presepju li trid tarah biex tara d-dettall li fih.” Alan għandu kollezzjoni ta’ presepji li ħadem fuq perjodu ta’ tmien snin li jvarjaw minn presepji mdaqqsin għal uħud żgħar iżda li fihom kull tip ta’ dettall. Briffa spjegalna wkoll l-idea wara l-preżenza ta’ San Franġisk f’dan il-presepju. ALAN BRIFFA PRESEPIST “Din is-sena jagħlaq tmien mitt sena li kien għamel l-ewwel presepju fil-Greċja u ġietni l-idea li taparsi ġie jagħmlu fil-Marsa.” Dan il-presepju se jkun għall-wiri fl-uffiċju tal-Kunsill Lokali tal-Marsa sas-7 ta’ Jannar.