У нас вы можете посмотреть бесплатно IL-PN JIBQA’ JEĦEL META MISTOQSI DWAR IL-COSTINGS или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Waqt programm fuq ix-xandir nazzjonali, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino qal li l-wegħdiet li qed joħroġ il-partit ta’ Bernard Grech għadhom qed jiġu diskussa, anki jekk il-manifest elettorali ġie approvat u f’erbat ijiem inbidel tliet darbiet.F’programm ta’ siegħa, Piccinino weħel kemm il-darba meta mistoqsi dwar il-costings u deher ċar li Bernard Grech ma għandux costings. Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech qed imur quddiem l-elettorat f’din l-elezzjoni ġenerali b’wegħdiet mingħajr costings u li għadhom qed jiġu diskussa.Dan ammettieh is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Michael Piccinino, waqt dibattitu mal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard fuq ix-xandir nazzjonali fil-programm Topik. QUINTON SCERRI: “X’inhuma l-ħsibijiet tagħhom? Kif se tkun qed timplimentaw din l-idea?” MICHAEL PICCININO: “Ehe, il-Partit Nazzjonalista, fejn jidħlu proġetti bħal dawn ħa jagħmel żgur, li l-ewwel u qabel kollox issir diskussjoni wiesgħa.” Hawnhekk il-President tal-Partit Laburista kienet skjetta u staqsiet lil Piccinino kemm huma l-costings tal-wegħdiet, bis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista deher evidenti li ma kellux. RAMONA ATTARD: “Kemm ħa tiġi costed?” MICHAEL PICCININO: “Però l-costings ħa jsiru kollha.” RAMONA ATTARD: “Mela, mela wara l-elezzjoni.” MICHAEL PICCININO: “Ramona, tinkwetax. Kollox ħa jiġi costed u kollox ħa jiġi spjegat.” L-ispjegazzjoni ta’ Piccinino baqgħet ma ġietx. MICHAEL PICCININO: “Il-costings tal-proposti li qegħdin nagħmlu, ħa jkunu qegħdin jiġu żvelati kollha.” QUINTON SCERRI: “Imma fil-kampanja elettorali jew wara l-kampanja elettorali?” MICHAEL PICCININO: “Ovvjament waqt il-kampanja elettorali.” RAMONA ATTARD: “Meta? Għax David Agius qal li wara ta.” MICHAEL PICCININO: “Intom qas il-proposti għadkom ma ħriġtu.” RAMONA ATTARD: “Mhux veru, ma tarax. Aħna qed ngħidulhek il-proposti kollha.” Il-preżentatur staqsa lil Piccinino x’garanzija hemm dwar il-costings tal-wegħdiet u anki hawn baqa’ ma weġibx. QUINTON SCERRI: “X’garanzija tagħti li dawn il-flejjes kbar li qegħdin jissemmew fil-manifest li hemm miktubin fil-manifest, jistgħu jitwettqu b’garanzija fil-ħames snin li ġejjin?” MICHAEL PICCININO: “Għaliex il-Partit Nazzjonalista qiegħed jibbaża l-programm elettorali tiegħu fuq li ħa nikkreaw setturi ekonomiċi ġodda.” Hawnhekk Dr Ramona Attard innutat kif il-partit ta’ Bernard Grech approva l-manifest elettorali, iżda u fl-ewwel erbat ijiem biddlu tliet darbiet. “Li għamlu l-Partit Nazzjonalista nedew xi tliet verzjonijiet diġà tal-manifest, xi erba’ verzjonijiet, għax titħawwad, tal-manifest elettorali. Ħa ngħidilkom din. Il-Ħamis 24 ta’ Frar kien hemm 542 proposti, aktar tard telgħu għal 549. Il-Ġimgħa 25 ta’ Frar 544 proposti. Dawn titħawwad jekk mhux l-aktar qed ibiddlu n-numri ta’ proposti fil-manifest jew in-numru ta’ kandidati, daqskemm qed joħorġulhom.” Dr Attard innutat kif fost il-wegħdiet li żdiedu wara li nqabdu li ma qalu xejn, kien hemm dawk fuq il-kaċċa. “Temmen li l-ewwel ma ppubblikaw manifest, fejn ma kellhom xejn fuq il-kaċċa, ippanikkjaw u għamlu tliet proposti ta’ malajr. Ijwa ejja nkunu serji, ejja nipproponu għan-nies. Ejja nipproponu għan-nies, proposti li huma costed u li jistgħu jitwettqu.” Waqt dan il-programm, is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista spiċċa jħawwad ukoll fuq dak li qal il-Kap Bernard Grech fuq l-ODZ. MICHAEL PICCININO: Hija li se nbiddlu kull sena 50,000 metru kwadru art ODZ. Jiġifieri se nkunu qed inbiddlu l-pjannijiet. RAMONA ATTARD: Ehh se tkunu qed tbiddlu l-pjannijiet, għax Bernard Grech qal li mhux se jbiddilha. MICHAEL PICCININO: Sekonda, sekonda. Il-President tal-Partit Laburista nnutat l-inkonsistenza tal-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech. “Illum qal li l-White Rocks ħa jagħmilha ODZ, però mbagħad qal li ħa jkun hemm bini bi trasparenza. Ara fejn qatt kienet din li ODZ isir żvilupp bi trasparenza fuqu.”