У нас вы можете посмотреть бесплатно TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL DUN ANĠ или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • F’ambjent ta’ dieqa, it-Tnejn waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun lil Dun Anġ Seychell, fundatur tal-Fondazzjoni Dar Nazareth, li miet nhar is-Sibt li għadda, fl-għomor ta’ 91 sena. Wara li, aktar kmieni matul il-jum, il-katavru tiegħu kien espost fil-pubbliku għal ftit sigħat fl-Oratorju tas-Santissimu Sagrament fiż-Żejtun stess, saret iċ-ċerimonja funebri fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina, immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Fl-omelija tiegħu, l-Isqof Awżiljarju tenna kif din kienet ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament għall-ġid li kollu għamel ma’ Dun Anġ f’ħajtu u tul it-tmienja u sittin sena tiegħu fis-saċerdozju. Semma kif Dun Anġ dejjem ra li jkun ta’ servizz għall-oħrajn, minkejja d-diffikultajiet li għadda minnhom, kif jistgħu jixhdu ż-Żwieten, fejn kien “unur kbir għal din il-Belt taż-Żejtun”. Kompla billi qal li l-qassis maħbub kellu fidi soda, li mexxietu biex jaħdem verament għal soċjetà ġusta, fejn għex dak li kien jemmen fih bħala bniedem progressiv, b’ħidma għar-rispett, dinjità u l-protezzjoni ta’ kull ħajja umana. Dwar Fondazzjoni Nazareth, l-Isqof Awżiljarju qal kif Dun Anġ dejjem kellu għal qalbu l-persuni b’diżabilità, tant li ħalla ġidu għalihom biex ikunu jistgħu jgħixu b’dinjità. Qal kif ir-residenti u dawk kollha li jaħdmu mal-Fondazzjoni Nazareth żgur jgħożżu il-memorja tiegħu. JOSEPH GALEA CURMI ISQOF AWŻILJARJU “Il-Mulej tah il-grazzja li jara l-ħolma tiegħu sseħħ, li jara Dar San Franġisk tinfetaħ lejn l-aħħar ta’ Lulju u ħadem biex dawn ikunu djar, id-djar tal-Fondazzjoni Nazareth, bl-ispirtu ta’ familja fejn kulħadd iħossu milqugħ, irrispettat u jagħmel l-esperjenza tal-għożża. F’dan l-ambjent, kulħadd ikollu tama ta’ futur sigur, għax hemm min jieħu ħsiebhom.” Galea Curmi semma wkoll il-ħidma li Dun Anġ għamel fil-Caritas, fiż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, kif ukoll fis-soċjetà tal-Kleru, Christux Rex, bil-ħidma msejħa profetika tiegħu tkun ta’ dawl għall-Knisja hekk kif qatt ma kien passiv, b’imħabba kbira lejn l-istess Knisja. Semma kif Dun Anġ ifakkar li mhux il-ġid li ġġemma’ f’ħajtek u li tiġbed għalik se tieħu miegħek, imma l-ġid li tagħmel man-nies, speċjalment ma’ dawk l-aktar fil-bżonn. L-Isqof għalaq b’ringrazzjament emozzjonanti. JOSEPH GALEA CURMI ISQOF AWŻILJARJU TA’ MALTA “Mulej grazzi ta’ Dun Anġ, benefattur kbir tas-soċjetà Maltija. Grazzi tax-xhieda qawwija li ta bħala saċerdot. Kompli agħti lill-Knisja tiegħek saċerdoti ġenwini u qaddejja mimlija mħabba bħalu. Grazzi Dun Anġ. Int tibqa’ f’qalbna.” Wara l-quddiesa, sar korteo bis-sehem taż-żewġ għaqdiet mużikali taż-Żejtun kif ukoll dawk li ħadmu mas-saċerdot Żejtuni, saċ-Ċimiterju ta’ San Girgor, fejn indifen fil-qabar tal-Fondazzjoni Nazareth.