У нас вы можете посмотреть бесплатно JITLEF ĦAJTU WARA LI ĠĠARRAF SAQAF F’TAS-SLIEMA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Dalgħodu, raġel ta’ 51 sena tilef ħajtu traġikament wara li ġġarraf saqaf ta’ binja antika f’Tas-Sliema. Fil-binja kien hemm raġel ieħor ta’ 31 sena li ħelisha ħafif. Intant, fi stqarrija l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni nnotat li x-xogħol li kien qed isir fuq is-sit kien mingħajr permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar. JITLEF ĦAJTU WARA LI ĠĠARRAF SAQAF F’TAS-SLIEMA Albaniż ta’ 51 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ tilef ħajtu wara li ġġarraf saqaf ta’ binja antika f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu, fi Triq San Injazju. Fuq il-post marru immedjatament il-forzi tal-ordni, fejn irriżulta li fuq il-post tal-inċident kien hemm żewġ Albaniżi. B’wieħed minnhom ta’ 31 sena rnexxielu joħroġ waħdu minn fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettqu operazzjoni biex jinstab ir-raġel l-ieħor. Hu nstab ftit tal-ħin wara, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Philip Galea Farrugia, li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin. Sadanittant, stqarrija tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni nnotat li x-xogħol fuq is-sit fejn tilef ħajtu l-Albaniż kien qed isir mingħajr permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar. Irriżulta li x-xogħlijiet li kienu qed isiru fil-partijiet ta’ ġewwa tal-proprjetà ma kellhomx l-approvazzjoni kompleta tal-Awtorità tal-Ippjanar, hekk kif din kienet għadha pendenti u wisq anqas ma kien hemm applikazzjoni mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u għaldaqstant ma kien hemm ebda permess għal xogħlijiet. Intant, fi stqarrija l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, qalet li ż-żewġ ħaddiema jaħdmu ma’ kuntrattur lokali. Minn stħarriġ li sar mill-OHSA rriżulta li li ma kienux daħlu dokumenti rikjesti bil-liġi u ma ġietx notifikati b’dawn ix-xogħlijiet.