У нас вы можете посмотреть бесплатно TIFLA TA' 5 SNIN LI MIETET, FOST IL-PASTURI FL-AKBAR PRESEPJU F’MALTA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Fil-qalba ta’ Ħal Luqa, jinsab l-akbar presepju f’Malta, li jkopri 34 metru. Fost id-dettall li huwa mirqum bih, il-presepju jinkludi wkoll presepju b’wiċċ missieru, kuġinuh bi bżonnijiet speċjali u kif ukoll tifla ta’ ħames snin li tilfet ħajjitha għall-marda tal-kanċer. KITBA: RUSLANA BARBARA FILMATI: ALEX BORG Veni Ad Betlehem. Dan huwa l-isem ta’ wirja, tal-akbar presepju f’Malta, magħmul mill-jablo, li jkejjel 34 metru. Iltqajna ma’ Sandro Farrugia, fil-garaxx tiegħu f’Ħal Luqa, fejn uriena d-dettall li huwa mirqum bih dan il-presepju, grazzi għas-sengħa li wiret mingħand missieru, li ħalla din id-dinja 20 sena ilu. Viżibbilment emozzjonat, huwa qal li din kienet il-ħolma ta’ missieru, li għamel ukoll pastur b’wiċċu. SANDRO FARRUGIA PRESEPISTA “Sa bebbux, sa għasafar tal-għana, għasafar tal-bejt, ħamiem, gamiem, ħuttaf, barbaġann, li bqajt nimmaġina bdejt inżidu. Għamilt żewġ vaski bil-ħut veru, ħaj, l-ilma jaqa’ minn tliet metri għoli, dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li nagħmel l-ilma nieżel minn mas-saqaf.” Għasafar fis-siġar, bhejjem bid-demm ħiereġ, ilma, nar u saħansitra ħut ta’ veru u dettall li jmur lil hinn mill-għajn. Farrugia tkellem ukoll dwar diversi uċuħ li nkorpora fil-pasturi. SANDRO FARRUGIA PRESEPISTA “Inħossni sodisfatt li qtajt ix-xewqa ta’ missieri. Meta rajtu tafal, ġabli qalbi ġunġliena, is-soltu, għax nemozzjona ruħi meta nsemmi ‘l missieri.” Barra minn hekk, hu inkluda l-uċuħ ta’ kuġinuh, li kellu bżonnijiet speċjali, u li ħalla din id-dinja, u wiċċ Sarah Vincenti, tifla ta’ 5 snin li tilfet ħajjitha minħabba l-marda qerridija tal-kanċer. “Ġiet mara u bdiet titkellem miegħi. Qaltli jien mititli t-tifla, ta’ 5 snin, qaltli tagħmilha? Għidtilha ngħidlu u naraw jagħmlihiex. Għamiltha. Hija Sarah Vincenti, li mietet 25 sena ilu, qiegħda anġlu. “Kelli l-ħsieb li nagħmel lill-kuġin tiegħi. Kien bi bżonnijiet speċjali, u miet. Ħadt permess m’għand il-ġenituri tiegħu u għamiltu ħdejn missieri jżommlu jdejh biex jieħu ħsiebu fil-Ġenna.” Farrugia tkellem ukoll dwar il-proċess, sabiex jarma dan il-presepju, li ħadlu madwar 4 snin, sa mill-2019. Spjegalna kif kull ma jmur, huwa dejjem iżid, ikabbar u jżid id-dettall, fosthom grazzi għall-pasturier Frans Muscat. Din il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku fi Triq il-Ġdida, f’Ħal Luqa, is-Sibtijiet u l-Ħdud, mid-disgħa sa nofsinhar, u mit-tlieta u nofs sad-disgħa. Dan filwaqt li fost il-ġimgħa jiftaħ mill-erbgħa u nofs sad-disgħa.