У нас вы можете посмотреть бесплатно TRESSAQ IL-QORTI AKKUŻAT B’ATTENTAT TA’ QTIL или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Raġel ta’ sitta u tletin sena minn Ħ’Attard tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ Bulgaru, li jumejn ilu nstab mixħut fl-art f’Ta’ Qali midrub b’daqqiet ta’ sikkina. Id-dettalji dwar dan il-każ u oħrajn, insegwuhom fis-servizz li jmiss f’ġabra t’aħbarijiet mill-awli tal-Qorti. KITBA: ONE NEWS FILMATI: ALEX BORG / ARKIVJI Elliot Paul Busuttil ta’ sitta u tletin sena minn Ħ’Attard baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil. Dan wara li jumejn ilu, allegatament darab Bulgaru b’daqqiet ta’ sikkina f’Ta’ Qali. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Keith Arnaud akkużatu wkoll li fl-istess ħin Busuttil allegatament seraq flus minn fuq il-vittma. Il-Prosekuzzjoni tenniet kif il-kundizzjoni tal-Bulgaru, li jinsab rikoverat l-isptar għall-kura, qalbet għall-aħjar. Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest. AKKUŻAT LI HEDDED LILL-EKS SIEĦBA Redeemer Debono ta’ tlieta u tletin sena minn San Pawl il-Baħar inħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament hedded jew dejjaq lill-eks sieħba tiegħu. Quddiem il-Qorti ħareġ kif għalkemm ir-relazzjoni bejn l-akkużat u l-eks tfajla tiegħu ntemmet madwar erba’ xhur ilu, fis-sigħat li għaddew ir-raġel allegatament beda jdejjaqha b’messaġġi ta’ theddid. Il-prosekuzzjoni spjegat li l-eks sieħba bblokkjatu minn kull aċċess ta’ komunikazzjoni, iżda l-akkużat allegatament baqa’ jibagħat messaġġi fuq il-mobile ta’ binthom li tgħix ma’ ommha. Id-difiża spjegat li l-kwistjonijiet bejniethom ilhom għaddejjin, hekk kif it-tfajla allegatment darba minnhom saqet fuqu bil-karozza. JAMMETTI LI GĦAMEL ĦSARA FUQ ATM TAL-HSBC Olandiż ta’ tnejn u għoxrin sena li qiegħed btala f’Malta ammetta li għamel ħsara fuq ATM tal-HSBC meta kien xurban f’Paceville. Fil-Qorti ġie spjegat kif l-Olandiż għamel ħsara fuq l-ATM għax ma tatux il-flus biex jixtri pakkett sigaretti. Id-difiża qalet li l-Olandiż qed jistenna lill-ġenituri tiegħu biex jiġu Malta u jħallsu l-ħsara li għamel binhom. Fis-sentenza tagħha l-Qorti tat lill-akkużat tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u ordnatlu jħallas ftit aktar minn tlettax-il elf ewro.