У нас вы можете посмотреть бесплатно MIXLI LI TTRAFFIKA D-DROGA FID-DAĦLA TAL-BELT или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Il-Qorti llum fetħet b’urġenza fejn instemgħu żewġ każijiet, fosthom ta’ raġel li allegatament kien qed jittraffika d-droga fid-daħla tal-Belt u jgħid lin-nies li qed ibigħ il-kotba. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: BJORN BONELLO Raġel ta’ erbgħa u tletin sena minn Bormla nżamm arrestat wara li allegatament kien qed jittraffika d-droga fid-daħla tal-Belt waqt li jgħid li qed ibiegħ il-kotba. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija ilha ssegwi lill-akkużat u raġel ieħor. Fuq l-imputat instabu tliet qratas b’sustanza eroina fil-kartiera, filwaqt li fil-vann tiegħu nstabu wieħed u għoxrin qartas b’sustanza eroina. L-avukat tal-għajnuna legali Graziella Tanti talbet għall-ħelsien mill-arrest minħabba li r-raġel għandu residenza fissa, iżda l-Prosekuzzjoni ma qablitx minħabba l-ammont kbir li nstab ta’ drogi. Ir-raġel li jinsab f’siġġu tar-roti wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat Gabriella Vella ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u talbet lid-direttur tal-ħabs biex jingħata l-attenzjoni meħtieġa minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu. SENTENZA SOSPIŻA WARA LI SERAQ BASKET MINN ĠO KAROZZA Indjan ta’ sebgħa u għoxrin sena li joqgħod l-Imsida ngħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabs sospiżi għal sena wara li seraq basket minn karozza. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Ġimgħa daħal rapport għand il-Pulizija li raġel seraq basket minn ġo karozza fi Triq il-Gandoffli f’San Pawl il-Baħar. L-ispettur qal kif wara investigazzjonijiet li saru, ir-raġel instab mill-pulizija viċin il-karozza. Id-difiża qalet li l-imputat għandu jingħata sentenza sospiża hekk kif dan ammetta mal-ewwel u kkopera mal-pulizija. L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.