У нас вы можете посмотреть бесплатно MARIO GALEA JINGĦAQAD MA’ DELIA U JIFTĦILHA KONTRA GRECH или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • L-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea ngħaqad mal-ġlied kontinwu li baqa’ jiddomina bejn iż-żewġ fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista. Dan wara li Bernard Grech u Adrian Delia jumejn ilu fetħulha kontra xulxin wara li l-Kap, f’intervista lill-midja, spiċċa jiżżufjetta b’Adrian Delia u jiftaħar li taħtu ma’ marrux deputati għand il-President biex ineħħuh. KITBA: SAMUEL LUCAS FILMAT: ARKIVJI Il-ġlied fil-Partit Nazzjonalista kompla jintensifika fl-aħħar sigħat, fi żvilupp ieħor wara li l-Kap tal-Partit, Bernard Grech, u l-eks Kap, Adrian Delia, fetħulha kontra xulxin. Fil-ġlieda bejn iż-żewġ fazzjonijiet fid-Dar Ċentrali, issa ngħaqad l-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea, li qabeż għal Adrian Delia fid-dawl tal-attakk li sar fuqu mill-Kap attwali. F’intervista li poġġa għaliha mas-sit Lovin Malta, Bernard Grech, f’tentattiv li jiżżufjetta u jnaqqas il-profil ta’ Delia, qal li bħalissa ma hemm l-ebda deputati Nazzjonalisti li qed jippruvaw jeħilsu mill-Kap billi jmorru għand il-President. BERNARD GRECH IL-KAP TAL-PN Bernard Grech - “Naħseb taqbel miegħi li l-Partit minn dak l-aspett huwa ħafna aħjar milli kien sentejn u nofs ilu. Inti taf f’liema stat u x’kien għaddej mill-partit.” Ġurnalist – “Is it though, is it better than it was two and a half years ago?” Bernard Grech – “Għandek id-dubju? Qed tara lil xi ħadd għand il-President biex jipprova jbiddel il-Kap tiegħu?” Kien dan il-kumment li qanqal reazzjoni mill-eks Kap Adrian Delia, li sostna li mhux ġust li Grech jifraħ għax lilu ma ttradewhx. Huwa rrimarka wkoll li d-dikjarazzjoni tal-Kap hija diżrispett lejn il-Kunsillieri tal-Partit filwaqt li fakkar li huwa baqa’ leali. Issa daħal fil-battibekk ukoll l-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea, li laqa’ għall-attakk fil-konfront tal-eks Kap mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kummenti fuq Facebook, Mario Galea indirizza direttament lill-Kap u kiteb li l-fatt li d-deputati tiegħu ma jmorrux għand il-President, ma jfissir li kuntenti bih. Intant, Mario Galea kompla wkoll mal-ġlied li ddomina bejn partitarji miż-żewġ fazzjonijiet fid-Dar Ċentrali taħt ir-reazzjoni ta’ Adrian Delia fuq il-Facebook. Lil persuna partikolari Mario Galea qalilha li Bernard Grech ma qalax swat għall-Partit għaliex lanqas kien biss tesserat qabel iddeċieda li jsir Kap. Insinwa wkoll li hemm min qed juża l-Partit għall-interessi personali tiegħu. Galea rtira l-kandidatura tiegħu minn mal-Partit Nazzjonalista proprju fl-ewwel jum tal-kampanja tal-aħħar Elezzjoni Ġenerali. Huwa kien sostna li nies qrib it-tmexxija ta’ Bernard Grech, għamlulu ħajtu infern. F’intervista separata b’reazzjoni għall-allegazzjonijiet li kien għamel, Mario Galea ddeskriva s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista bħala waħda tossika. MARIO GALEA EKS DEPUTAT NAZZJONALISTA “Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista sfortunatament fl-aħħar snin kienet tossika u llum inħossni relieved li tlaqt anke fiżikament u mentalment inħossni ħafna aħjar li tlaqt.”